Ġob 38 | Il-Bibbja Onlajn | Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida
Ġob 38:1-41
38 U Ġeħova wieġeb lil Ġob minn ġor-riefnu+ u qallu: 2 "Min hu dan li qed joskura l-paririBi kliem mingħajr għarfien?+ 3 Ħażżem ġenbejk, jekk jogħġbok, bħal raġel b'saħħtu,U ħa nistaqsik, u int għarrafni.+ 4 Fejn kont int meta jien sejjist l-art?+Għidli, jekk għandek l-abbiltà li tifhem. 5 Min stabbilixxa l-qisien tagħha, jekk taf,Jew min medd fuqha l-ħabel tal-kejl? 6 Fiex ġew imdeffsin il-pedestalli tagħha,+Jew min qiegħed il-ġebla tax-xewka tagħha, 7 Meta l-kwiekeb ta' fil-għodu+ għajtu bil-ferħ flimkien,U l-ulied* kollha t'Alla+ bdew jgħajtu b'tifħir? 8 U min għalaq il-baħar bil-bibien,+Li beda jfawwar bħal meta ħareġ b'qawwa mill-ġuf; 9 Meta jien qegħedt is-sħab bħala l-libsa tiegħuU d-dlam ċappa bħala l-fisqija tiegħu, 10 U stabbilejt ir-regolament tiegħi fuquU qegħedt stanga u bibien,+ 11 U ssoktajt ngħidlu, 'S'hawnhekk tasal, u mhux iżjed;+U s'hawnhekk hu l-limitu tal-mewġ għoli tiegħek'?+ 12 Qatt kemm ilek ħaj ikkmandajt lill-għodwa?+ Ġegħeltu int liż-żerniq ikun jaf postu, 13 Biex jaqbad l-art mit-truf tagħha,U jfarfar minnha l-ħżiena?+ 14 Tinbidel bħat-tafal+ taħt siġill,U l-affarijiet jieħdu posthom bħallikieku mżejnin bl-ilbies. 15 Mill-ħżiena d-dawl tagħhom jinżamm lura,+U d-driegħ merfugħ jitkisser.+ 16 Wasalt int sa l-għejun tal-baħar,Jew imxejt+ 'l hemm u 'l hawn biex tfittex l-ilmijiet fondi?+ 17 Inkixfu għalik il-bibien tal-mewt,+Jew tista' tarahom il-bibien tad-dlam ċappa?+ 18 Ikkunsidrajt int b'intelliġenza l-wesgħat ta' l-art?+Għidli, jekk sirt taf dan kollu. 19 Fejn hi, issa, it-triq li tagħti għal fejn jgħammar id-dawl?+U d-dlam, fejn hu, issa, postu, 20 Biex tieħdu sal-fruntiera tiegħuU tifhem it-toroq li jagħtu għal daru? 21 Sirt taf għax kont imwieled dak iż-żmien,+U għax fl-għadd jiemek huma ħafna? 22 Dħalt int fl-imħażen tal-borra,+Jew tarahom l-imħażen tas-silġ,+ 23 Li rfajthom għal żmien l-hemm,Għal jum il-ġlieda u l-gwerra?+ 24 Fejn hi, issa, it-triq li biha jitqassam id-dawl,U r-riħ mil-lvant+ jinxtered 'l hemm u 'l hawn fuq l-art? 25 Min fetaħ kanal għall-għargħarU triq għas-sħaba tal-maltempata bir-ragħad,+ 26 Biex tinżel ix-xita fuq l-art, fejn m'hemm ebda bniedem,+Fuq ix-xagħri, li fih m'hemm ebda bniedem ta' l-art, 27 Biex ixebba' postijiet milqutin bil-maltemp u magħmulin ħerbaU biex inibbet il-ħaxix ħalli jikber?+ 28 Jeżisti xi missier għax-xita,+Jew min wiled il-qtar tan-nida?+ 29 Minn żaqq min joħroġ is-silġ,U l-ġlata+ tas-sema, min jilidha? 30 L-ilmijiet jibqgħu moħbijin bħallikieku qegħdin taħt xi ġebla,U wiċċ l-ilmijiet fondi jagħqad.+ 31 Tista' int torbot sew l-irbit tal-kostellazzjoni Kima,*Jew tista' tħoll il-ħbula tal-kostellazzjoni Kesil?*+ 32 Tista' int toħroġ il-kostellazzjoni Mazzarot* fiż-żmien stabbilit tagħha?U tista' tmexxi l-kostellazzjoni As* flimkien ma' wliedha? 33 Sirt tafhom l-istatuti tas-smewwiet,+Jew tista' tapplika l-awtorità tagħhom fuq l-art? 34 Tista' int tgħolli leħnek saħansitra sas-sħab,Biex b'hekk għargħa